News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

28/03/2023

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jappoġġja l‑ewwel edizzjoni tal‑ANZAC Day Beach Sprints Regatta

Waqt konferenza stampa li saret fil25 ta’ Marzu 2023 f’Marsaxlokk, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, flimkien marRettur tal-Università ta’ Malta, ilProfessur Alfred Vella, u Ms Rebekah Caruana, President talKlabb tal-Qdif tal-Università ta’ Malta, nedew tmien dgħajjes ġodda tal-qdif għall-ewwel edizzjoni tal-ANZAC Day Beach Sprints Regatta. 

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jappoġġja l‑ewwel edizzjoni tal‑ANZAC Day Beach Sprints Regatta

Permezz talFond tiegħu, imwaqqaf f’Jannar 2022, ilBank Ċentrali ta’ Malta qed jappoġġja dan lavveniment permezz ta’ sponsorship għaxxiri ta’ żewġ dgħajjes C2X u mqadef.

Dawn id-dgħajjes ser jintużaw kemm għat-taħriġ tal-ekwipaġġ Malti kif ukoll għar-Regatta; filwaqt li ser ikunu jippermettu wkoll tiġrijiet doubles bejn sessi mħalltin u tiġrijiet ta’ kapaċitajiet imħalltin. B’hekk ikunu qed jagħtu opportunità liż-żgħażagħ taħt it-tmintax-il sena sabiex jipprattikaw sport li jistgħu jkompluh waqt li jistudjaw fl-Università. Dan bil-għan li jitneħħa l-kunċett li l-isports u l-edukazzjoni huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin. Din ir-Regatta ser issir f’Malta kull sentejn, bl-edizzjoni tas-sena d-dieħla ssir fl-Awstralja jew fi New Zealand. 

 Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta qed jappoġġja dan l‑avveniment permezz ta’ sponsorship għax‑xiri ta’ żewġ dgħajjes C2X u mqadef.

Waqt il-konferenza stampa, ilGvernatur Scicluna sostna li “Permezz ta’ investiment bħal dan fissettur sportiv, lgħan talBank Ċentrali ta’ Malta, flimkien ma’ dak talorganizzaturi, hu li jippromwovi lisports fost iżżgħażagħ, jgħolli lprofil ta’ Malta bħala destinazzjoni għallqdif mal-kosta, u li Malta tiġi rreklamata fuq livell internazzjonali permezz tal-parteċipazzjoni ta’ gruppi mħallta bejn is-sessi fil-qdif.”

Dawn id-dgħajjes ser jintużaw kemm għat-taħriġ tal-ekwipaġġ Malti kif ukoll għar-Regatta

Lura lejn l-Arkivju