News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

06/10/2022

Il‑Gvernatur Scicluna jagħmel diskors ewlieni fit-tielet edizzjoni tal-Malta Maritime Summit tal‑2022

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ġie mistieden biex jagħmel diskors ewlieni fil-Malta Maritime Summit fis‑6 ta’ Ottubru 2022.

Bit-tema ‘The Voice of the Industry’, din it-tielet edizzjoni tal-Malta Maritime Summit laqqgħet partijiet ikkonċernati ewlenin relatati mas-settur marittimu fejn flimkien iddiskutew it-tħassib u l-isfidi marittimi li qed jiffaċċjaw diversi setturi inklużi r-realtà ta wara l-COVID, it-teknoloġija, l-ambjent u l-finanzi. 

Il‑Gvernatur Scicluna jagħmel diskors ewlieni fit-tielet edizzjoni tal-Malta Maritime Summit tal‑2022

Fl-indirizz virtwali tiegħu matul il-ftuħ tas-sessjoni ta’ dibattitu, ‘Financial & Legal demands – Post-COVID, The Ramifications of the War & Geopolitics’, il-Gvernatur Scicluna ffoka dwar tliet materji ewlenin: l-ewwel, l-isfidi li qed tiffaċċja ż-żona tal-euro u r-rispons tal-politika monetarja, it-tieni l-irwol tar-regolamentazzjoni fit-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur bankarju u fl-aħħar enfasizza żewġ riformi importanti, jiġifieri t-tranżizzjoni lejn żero nett u d-diġitalizzazzjoni. 

Kwotazzjoni tal-Gvernatur Scicluna

Il-Gvernatur Scicluna kkonkluda l-indirizz tiegħu billi saħaq kif, “Ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni jibqgħu għodda importanti biex jappoġġaw lill-atturi privati. Ir-Regolaturi jeħtieġu li jistabbilixxu djalogu mal-partijiet ikkonċernati sabiex ifittxu bilanċ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li ser jiżgura prosperità kontinwa li esperjenzajna s’issa.”

Lura lejn l-Arkivju