News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

24/10/2022

Il-Fond tal-Bank Ċentrali ta’ Malta isellem lill-ewwel Chairman tiegħu

Il-Bord tal-Konsulenti tal-Fond tal-Bank Ċentrali ta' Malta jagħti tislima lill-ewwel Chairman tagħhom, Fr Marius Zerafa.

Fr Marius, artist prolifiku, storiku, lekċerer u kittieb, kien strumentali fit-twaqqif tal-Fond, li sservi bħala l-fergħa tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Bank Ċentrali ta' Malta. Hu għamel dan b' dik l-istess umiltà li kkaratterizzaw ħajtu.

Il-membri tal-Bord huma midjuna miegħu għat-tmexxija, il-gwida u l-ispirazzjoni tiegħu. Huwa jibqa' mfakkar għall-kisbiet notevoli fl-arti, b'mod partikolari għar-rwol ċentrali tiegħu fl-irkupru b'suċċess tal-pittura ta' San Girolamo ta' Caravaggio. 

Il-kondoljanzi mill-qalb jitwasslu lill-familja u lil ħafna ħbieb tiegħu.

 

Fr Marius

 

Lura lejn l-Arkivju