News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
29 ta' April 2022
B’seħħ mid-9 ta' Mejju 2022, il-miżuri temporanji li ġew introdotti matul ir-restrizzjonijiet tal-pandemija ma jibqgħux applikabbli. B’riżultat ta' dan, id-Direttiva Nru 17 tal-Bank Ċentrali ser tiġi rrevokata mid-9 ta' Mejju 2022.
-
29 ta' April 2022
L-Indiċi tal-Bank rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali jibqa’ ogħla mill-medja storika, għalkemm qiegħed jinnormalizza mix-xhur ta’ qabel.
-
29 ta' April 2022
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta (il‑‘Bank’) illum ippubblika aġġornament tad-Direttiva Nru 10 dwar l‑awtentiċità, il‑verifika tal‑kundizzjoni u r‑riċirkulazzjoni tal‑karti tal‑flus u l‑muniti tal‑euro. Dawn ir-regoli u proċeduri għal din id-direttiva għandhom l-għan li jħarsu l-integrità tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro bħala mezz ta’ pagament.
-
28 ta' April 2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Edward Scicluna attenda l-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-2022 tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) f'Washington D.C. li saru bejn l-20 u t-23 ta’ April 2022. Hu kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur tal-Bank Alexander Demarco.
-
28 ta' April 2022
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta nieda r-Rapport Annwali tiegħu għall‑2021, waqt konferenza li saret fis‑27 ta’ April 2022 u indirizzata mill‑Gvernatur, il‑Professur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernatur għall‑Politika Monetarja Alexander Demarco, id-Deputat Gvernatur għall‑Istabbiltà Finanzjarja Oliver Bonello, u ċ-Chief Economist Dr Aaron Grech.