News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

29/04/2022

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jemenda d-Direttiva Nru 10

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑'Bank') illum ippubblika aġġornament tad-Direttiva Nru 10 dwar l‑awtentiċità, il‑verifika tal‑kundizzjoni u r‑riċirkulazzjoni tal‑karti tal‑flus u l‑muniti tal‑euro. Dawn ir-regoli u proċeduri għal din id-direttiva għandhom l-għan li jħarsu l-integrità tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro bħala mezz ta' pagament.

Dawn l-emendi ser jiżguraw li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Bank ikunu jistgħu jissorveljaw il-konformità ta’ dawk li jimmaniġġjaw l-flus ma’ din id-Direttiva u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin qed jiġu introdotti taħt il-paragrafu 12, fejn il-Bank għandu jkun:

  • ipprovdut b'data dwar tranżazzjonijiet minn ATMs;
    •  il-post ta' kull ATM;
    • il-valur miġbud minn kull ATM;
    • il-volum miġbud minn kull ATM; u
    • l-għadd ta' tranżazzjonijiet imwettqa għal kull ATM.
  • ipprovdut bit-tip ta' tagħmir għall-awtentikazzjoni tal-karti tal-flus u magni tal-ipproċessar tal-muniti li jintużaw għall-verifika tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u l-verżjoni kurrenti tagħhom f'termini ta' software.

L-emendi ser jidħlu fis-seħħ fid-29 ta' April 2022.

Lura lejn l-Arkivju