News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
27 ta' April 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-Rapport Annwali tiegħu għas-sena 2021 li jinkludi fih ir-rapporti finanzjarji dettaljati. Ir-Rapport jiftaħ bi stqarrija tal-Gvernatur u jkompli b’analiżi tal-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u lil hinn minnha, kif ukoll tal-politika u l-operat tal-Bank.
-
28 ta' Marzu 2022
L-Indiċi tal-Bank rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju għal Frar jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali jibqa’ ogħla mill-medja storika, għalkemm naqas mil-livelli għoljin irreġistrati fl-ewwel nofs tal-2021.
-
21 ta' Marzu 2022
Fis-17 ta’ Marzu 2022, il-Bank Ċentrali ta’ Malta organizza webinar bit-titlu “20 Years of Euro Banknotes and Coins”. Dan il-webinar ġie organizzat bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Bank f’għeluq l-għoxrin anniversarju mill-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni tal-karti u l-muniti tal-euro.
-
18 ta' Marzu 2022
Il-Prim Ministru ħatar lil Dr Lauren Ellul B.Accty. (Hons), M.B.A. (Exec.) (Edin. & E.N.P.C.), F.I.A., C.P.A., Ph.D. (Birm.) biex isservi bħala Direttur tal-Bank Ċentrali skont l-Att (Kap. 204) għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mit-2 ta’ Frar 2022.
-
16 ta' Marzu 2022
Fl-14 ta’ Marzu 2022, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) nieda l‑Pjan Strateġiku Korporattiv tiegħu waqt laqgħa virtwali għall‑impjegati kollha. Waqt din il-laqgħa, l-impjegati ġew indirizzati mill-Gvernatur Edward Scicluna, mid-Deputati Gvernaturi Alexander Demarco u Oliver Bonello, u miċ-Chief Operating Officer Daniele Romano.