News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
17 ta' Ġunju 2022
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Scicluna, indirizza lill‑komunità finanzjarja ta' Londra inklużi membri tal‑akkademja f’seminar għal kelliema distinti f’Londra. Is-seminar, li għalih attendew aktar minn 80 parteċipant/a, ġie organizzat miċ-Ċentru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi tal-Università ta’ Londra fil-15 ta’ Ġunju 2022.
-
10 ta' Ġunju 2022
Il-Bank Ċentrali ta' Malta qed ibassar li l-prodott domestiku gross (PDG) ta' Malta ser jikber b'5.4% fl-2022, b'4.9% fl-2023 u bi 3.8% fl-2024. Meta mqabbel mat-tbassir preċedenti, dan huwa reviżjoni 'l isfel ta' 0.6 ta' punt perċentwali fl-2022 u ta' 0.4 ta' punt perċentwali fl-2023.
-
27 ta' Mejju 2022
L-Indiċi tal-Bank rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju għal April jindika li r-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali jibqa’ ogħla mill-medja storika, għalkemm qiegħda tinnormalizza f’livelli iżjed baxxi mix-xhur ta’ qabel.
-
26 ta' Mejju 2022
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar Ġnien il-Mediterran f'Raħal Ġdid fil-25 ta’ Mejju 2022 sabiex iniedi l-inizjattiva għat-tħawwil tas-siġar tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal din is-sena.
-
24 ta' Mejju 2022
Bħala parti mill‑impenn wiesa’ tiegħu dwar ir‑responsabbiltà soċjali korporattiva, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ta total ta’ 2408 Settijiet tal-Edizzjoni għall-Kollezzjonisti ta’ Midalji tal-Bronż ta’ La Valette lid-Dar tal‑Providenza. Kull sett jinkludi midalja tal-bronż flimkien ma’ DVD informattiv b’vidjows ta’ kwalità għolja dwar il-Gżejjer Maltin, l-istorja u l-kultura tagħhom.