News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
-
26 ta' Lulju 2022
F'konformità mal‑isforz kontinwu sabiex jippromwovi u jsostni l‑impenn tiegħu biex irawwem post tax‑xogħol inklużiv u ugwali, il‑Bank Ċentrali ta' Malta, flimkien mal‑Bank Ċentrali Ewropew u ħamsa u għoxrin bank ċentrali nazzjonali u awtoritajiet kompetenti, iffirma uffiċjalment l-Istatut dwar l-Ugwaljanza, id-Diversità u l-Inklużjoni (EDI) tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).
-
26 ta' Lulju 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) iffirma ftehim flimkien mal-Università ta’ Malta u t-Trust tal-Università għar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp (RIDT) li jippermetti t-twaqqif mill-ġdid ta’ Professorat fl-Ekonomija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u studji relatati fi ħdan il-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy (FEMA) fl-Università ta’ Malta għat-tliet snin akkademiċi li ġejjin.
-
25 ta' Lulju 2022
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika l-erbatax-il edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja (ir-Rapport) li jevalwa l-iżviluppi rilevanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika matul l-2021 u jkopru l-attivitajiet tal-banek, l-assigurazzjonijiet u l-fondi ta’ investiment b’rilevanza lokali.
-
07 ta' Lulju 2022
Il-President ta’ Malta, fuq il-parir tal-Kabinett tal-Ministri, u skont il-provvedimenti ta’ artikolu 8(1) tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204), approva l-ħatra ta’ Mr Oliver Bonello, FIA, CPA, bħala Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Din il-ħatra għandha tibqa’ valida għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mill-1 ta’ Lulju 2022.
-
24 ta' Ġunju 2022
L-Indiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju għal Mejju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali rritorna għall-medja storika.