News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

11/10/2021

Il-Gvernatur Scicluna jiddiskuti l-politika monetarja ma’ David Barwick (Econostream)

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, tkellem f'intervista ma' David Barwich, ġurnalist minn Econostream Media, dar tal-media li tispeċjalizza fil-Politika Monetarja. Din kienet l-ewwel intervista li ngħatat lil media mhux Maltija u permezz tagħha, il-Gvernatur kellu l-opportunità biex jesprimi l-ħsibijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali u d-deċiżjonijet li waslu biex jittieħdu mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Waqt id-diskussjoni, il-Gvernatur Scicluna tkellem dwar l-importanza li "kemm mil-lenti fiskali kif ukoll minn dik monetarja, l-awtorijajiet iridu ikunu attenti għall-effetti ta' preċipizju." Enfasizza dwar l-importanza li t-tbassir għar-rata tal-inflazzjoni jibqa' ankrat fis-sod. Bħala riżultat, qiegħed jistenna deċiżjoni fir-rigward tal-Programm ta' Xiri ta' Emerġenza Pandemika (PEPP) kif ukoll programmi oħra ta' politika monetarja ssir sa Diċembru. Dan wara li t-tbassir makroekonomiku ppreparati mill-Bank Ċentrali Ewropew jiġu aġġornati. F'dan il-kuntest, il-Gvernatur iddeskriva lilu nnifsu bħala "pragmatiku" fil-mod kif iħares lejn il-politika monetarja. F'waqtiet aktar jaqbel ma' xejriet deskritti bħala "hawkish" u f'okkażjonijiet oħra jappoġġja aktar xejra "dovish". Din il-pożizzjoni hija parzjalment immotivata mill-esperjenza ta' Malta u l-istorja tagħha, li hija differenti minn dik ta' pajjizi oħra tal-Ewropa.

Rigward il-mod kif il-Bank Ċentrali Ewropew ikkomunika l-politika tiegħu, il-Gvernatur ikkjarifika għaliex minflok il-kelma "tapering", intużat il-kelma "calibration". "Meta ħabbarnieha, ma konniex għadna rajna l-bżonn ta' programm ta' "tapering", b'bidu u tmiem ċar, mingħajr dubju jew bżonn li mmexxu kollox lura. F'Diċembru ser nkunu aktar espliċiti abbażi it-tbassir aġġornat".

Il-Gvernatur irrikonoxxa l-persistenza ta' diversi sfidi bħalma hi l-pandemija, kif ukoll l-iżvilupp ta' riskji ġodda li jistgħu jfeġġu. Spjega li "sabiex il-kummerċ dinji jirnexxi u jerġa' jaqbad ir-ritmu, irridu li l-pajjizi kollha jidħlu fin-normalità. Imma s'issa għadna ma wasalniex s'hemm". Madankollu hu jibqa' "ottimist b'kawtela".

Fl-aħħar nett, dwar is-sitwazzjoni f'Malta, il-Gvernatur innota li l-pajjiż "igawdi minn provvista ta' ħaddiema barranin, kemm mill-pajjiżi tal-UE kif ukoll minn pajjiżi oħra. L-inflazzjoni togħla skont dik tal-UE u mhux għaliex is-suq tax-xogħol bħalissa hu kemxejn ristrett.

L-Intervista sħiħa tinsab hawn.

Sommarju tal-intervista jinsab hawn.

Il-Gvernatur Scicluna jiddiskuti l-politika monetarja ma’ David Barwick (Econostream)

Waqt intervista ma' David Barwick (Econostream), il-Gvernatur Scicluna spjega l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li l-BĊE implimenta b'reazzjoni għall-pandemija COVID-19 u l-isfidi li ġejjin

Lura lejn l-Arkivju