News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

18/10/2021 16:18:00

Ftehim Kollettiv ġdid fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-Impjegati fil-Gradi mhux Klerikali

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-General Workers' Union, iffirmaw Ftehim Kollettiv ġdid fit-18 ta' Ottubru li jkopri l‑gradi mhux klerikali għas-snin 2020‑2023.

Il-ftehim ikompli jibni fuq il-kisbiet tal-passat, filwaqt li jiżgura l-bżonn kontinwu ta' aktar effettività u effiċjenza. Dan jinkludi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati, jiġifieri żidiet fis-salarji u l-benefiċċji. Ġie introdott ukoll xift ġdid għall-uffiċjali tas-sigurtà.

Is-Segretarja tat-Taqsima tal-union li tirrappreżenta l-Professjonisti, il-Finanzi u s-Servizzi, is-Sinjura Riccarda Darmanin, esprimiet il-gratitudni tagħha għal dawk kollha li kkontribwew matul id-diskussjonijiet biex jiffinalizzaw in-negozjati. Hija qalet: "l-Union tistenna bil-ħerqa li tkompli ttejjeb ir-relazzjoni industrijali mal-Bank Ċentrali għall-ġid tal-membri tagħha."

F'isem il-Bank, il-Gvernatur qal li l-armonija industrijali hija tajba kemm għall-impjegat kif ukoll għal min iħaddem. F'dan ir-rigward, "il-Bank ser ikompli jikkollabora mal-Union dwar modi kif itejjeb il-prattiki tax-xogħol għall-impjegati tiegħu."

Ftehim Kollettiv ġdid fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-Impjegati fil-Gradi mhux Klerikali

Ftehim Kollettiv ġdid fil-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-Impjegati fil-Gradi mhux Klerikali

Lura lejn l-Arkivju