News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

18/10/2021

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jemenda d-Direttiva Nru 6

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika verżjoni aġġornata tad‑Direttiva tiegħu Nru 6 dwar il‑Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operat tal‑Kontijiet tal-Modulu tal-Pagamenti, T2S Dedicated Cash Accounts fit‑TARGET2‑Malta (Direttiva Nru 6), li timplimenta l-emendi introdotti mil-Linja Gwida BĊE/2021/30 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (TARGET2).

L-emendi ewlenin introdotti mil-Linja Gwida BĊE/2021/30 jikkonċernaw (i) il-miżuri ta' aċċessibbiltà tat-TIPS, li jeħtieġu l-migrazzjoni ta' Kmamar tal-Ikklirjar Awtomatizzati (ACHs), Trasferimenti Istantanji ta' Kreditu bis-SEPA (SCT Inst) u l-Interface tas-Sistemi Anċillari għat-TIPS; (ii) l-aċċessibilità ta' detenturi ta' kontijiet PM, parteċipanti indiretti u BICs indirizzabbli fit-TIPS; u (iii) estensjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-punt tat-tmiem.

L-emendi introdotti fid-Direttiva Nru 6 jidħlu fis-seħħ fil-21 ta' Novembru 2021.

Lura lejn l-Arkivju