News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
20 ta' Diċembru 2021
Il-Klabb Soċjali tal-impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ppreżenta sitt laptops lill-Aġenzija Appoġġ bħala parti mill-kampanja ‘Children’s Dreams’ tal-2021.
-
17 ta' Diċembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) jistenna li l-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta ser jikber b’6.0% fl-2021, b’6.5% fl-2022, b’5.3% fl-2023 u bi 3.8% fl-2024.
-
14 ta' Diċembru 2021
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta’ korteżija mill-E.T. Yu Dunhai, Ambaxxatur Ċiniż għal Malta, il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru 2021.
-
10 ta' Diċembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta llum ippubblika test aġġornat tad-Direttiva Nru 1 tal-istess Bank dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta’ Pagament. Din id-Direttiva timplimenta l-provvedimenti ta’ Titoli III u IV tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament (PSD2): Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tirrevoka d-Direttiva 2007/64/KE, oriġinarjament ippubblikata fid-9 ta’ Jannar 2018.
-
09 ta' Diċembru 2021
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) u l‑Forzi Armati ta' Malta (AFM) iffirmaw Memorandum ta' Ftehim (MoU) li jipprovdi bażi formali għal kooperazzjoni bejn iż‑żewġ istituzzjonijiet.