News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
03 ta' Diċembru 2021
Il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, indirizza lill-mistednin tal-ikla annwali tal-Istitut għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, li din is-sena tfakkar is-sittin anniversarju tagħha.
-
01 ta' Diċembru 2021
Mill-1 ta’ Jannar 2022, ser tidħol fis-seħħ id-Direttiva Nru 19 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-użu ta’ ċekkijiet bankarji. Peress li waħda mill-miżuri f’din id-Direttiva ser tipprojbixxi n-negozjabbiltà tal-istrumenti ta' pagament ibbażati fuq il-karti, il-miżuri temporanji li ġew introdotti fl-istess żmien tar-restrizzjonijiet tal-pandemija fis-26 ta' Marzu 2020 mhux ser jibqgħu applikabbli. Id-Direttiva Nru 17 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għalhekk ser tiġi rrevokata mis-6 ta’ Diċembru 2021.
-
29 ta' Novembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika verżjoni aġġornata tad-Direttiva Nru 16 dwar il-Miżuri tas-Self. Dan l-aġġornament jirrifletti l-bidliet li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tranżitorji li issa daħlu fis-seħħ u kif ukoll ir-rispons riċevut min-naħa tal-banek. Il-bidliet jirriflettu wkoll xi kjarifiki dwar il-verżjoni preċedenti.
-
26 ta' Novembru 2021
Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru 2021, ir-Research Department tal-Bank Ċentrali ta’ Malta organizza Research Workshop ta’ nofstanhar li matulu nieda r-Research Bulletin annwali tal-Bank. Il-Bulletin huwa l-pubblikazzjoni ewlenija tar-riċerka annwali tal-Bank li juri għażla tar-riċerka u jagħmilha disponibbli għal udjenza usa’.
-
26 ta' Novembru 2021
L-inflazzjoni saret materja fuq fomm kulħadd wara ħafna snin ta' stabbiltà fil-prezzijiet fi ħdan iż-żona tal-euro.