News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

09/12/2021

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirma ftehim kollaborattiv mal-Forzi Armati ta’ Malta

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il-Bank) u l‑Forzi Armati ta' Malta (AFM) iffirmaw Memorandum ta' Ftehim (MoU) li jipprovdi bażi formali għal kooperazzjoni bejn iż‑żewġ istituzzjonijiet.

Il‑Gvernatur tal‑Bank, il‑Professur Edward Scicluna, u l‑Kmandant tal‑AFM, il‑Brigadier Jeffrey Curmi, kienu preżenti għall‑iffirmar tal‑ftehim minn Mr Jesmond Gatt, Chief Officer Banking Operations f'isem il‑Bank, u l‑Kurunell Clinton O'Neill, AFM Operations, f'isem l-AFM.

Il-Professur Scicluna nnota li "il-ftehim iffirmat jirrifletti d-determinazzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet li jkomplu bit-tradizzjoni twila tagħhom ta' assistenza reċiproka permezz tal-iskampju ta' impjegati, taħriġ u riżorsi, u jippermettilhom li jkomplu din il-kooperazzjoni fl-użu ta' faċilitajiet għall-kontinwità tal-operat b'mod effettiv".

Il-Kmandant tal-AFM, il-Brigadier Jeffrey Curmi, qal li "l-AFM huma onorati li fost l-irwoli primarji u sekondarji taħt ir-responsabbiltà tagħhom, għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jassistu bir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom istituzzjonijiet oħra li għandhom importanza strateġika nazzjonali".

Dan l-MoU hu importanti għaliex jifformalizza u jsaħħaħ ir‑relazzjoni eżistenti bejn l-AFM u l-Bank. Dan il‑ftehim jibni wkoll fuq snin ta' assistenza mogħtija mill‑AFM lill-Bank sabiex jassigura l‑operat u l‑assi tiegħu. Id-dispożizzjonijiet tal-MoU jippermettu wkoll li ż-żewġ partijiet jidħlu f'aktar arranġamenti għal assistenza reċiproka bħall-iskambju ta' informazzjoni u arranġamenti operattivi oħra f'oqsma speċifiċi tal-operat.

Mix-Xellug – Iffirmar tal-MoU: Mr Jesmond Gatt, Chief Officer Banking Operations u l-Kurunell Clinton O’Neill Mix-Xellug – Bilwieqfa: Id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello, id-Deputat Gvernatur Sandro Demarco, il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna, il-Kmandant tal-AFM il-Brigadier Jeffrey Curmi, il-Kurunell Mark Mallia, u l-Kurunell Melvin Haber

Mix-Xellug – Iffirmar tal-MoU: Mr Jesmond Gatt, Chief Officer Banking Operations u l-Kurunell Clinton O’Neill
Mix-Xellug – Bilwieqfa: Id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello, id-Deputat Gvernatur Sandro Demarco, il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna, il-Kmandant tal-AFM - il-Brigadier Jeffrey Curmi, il-Kurunell Mark Mallia, u l-Kurunell Melvin Haber

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirma ftehim kollaborattiv mal-Forzi Armati ta’ Malta

Mix-Xellug: Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, u l-Brigadier Jeffrey Curmi

Mix-Xellug: Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, u l-Kmandant tal-AFM - il-Brigadier Jeffrey Curmi

Lura lejn l-Arkivju