News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

14/12/2021

L-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Yu Dunhai jagħmel żjara ta’ korteżija lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta' korteżija mill-E.T. Yu Dunhai, Ambaxxatur Ċiniż għal Malta, il-Ġimgħa 10 ta' Diċembru 2021.

Jakkumpanja l-Eċċellenza Tiegħu kien hemm l-Attaché fl-Ambaxxata Ċiniża, Mr Zhang Junning.

Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Gvernatur. Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemm Mr Ahmed Hnesh, Research officer fil-Eurosystem and International Relations office fi ħdan il-Bank Ċentrali ta' Malta.

Matul il-laqgħa l-Gvernatur u l-Ambaxxatur iddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali u l-oqsma ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll l-importanza li jiġu integrati l-isforzi globali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

L-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Yu Dunhai jagħmel żjara ta’ korteżija lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, u l-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Yu Dunhai

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, u l-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Yu Dunhai

L-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Yu Dunhai, Ms Desirée Georgakopoulos, Assistenta Personali tal-Gvernatur, u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna

L-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Yu Dunhai, Ms Desirée Georgakopoulos, Assistenta Personali tal-Gvernatur, u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna

Lura lejn l-Arkivju