News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
30 ta' April 2021
Il-Bank Ċentrali ta' Malta nieda l-Pjan Strateġiku Korporattiv tiegħu waqt avveniment virtwali għall-impjegati kollha.
-
29 ta' April 2021
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar żewġ siti relatati ma’ żewġ proġetti ta’ tħawwil tas-siġar iffinanzjati minn għotjiet mill-Bank u l-impjegati tiegħu.
-
29 ta' April 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed iniedi pubblikazzjoni ġdida li ser tibda toħroġ kull tliet xhur: is-CBM Business Dialogue.
-
26 ta' April 2021
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) flimkien mal-Bank Ċentrali ta’ Malta ser ikunu qed jippreżentaw ir-riżultati ewlenin ta’ stħarriġ dwar l-investiment li sar dwar Malta mill-BEI waqt webinar intitolat “Investment in the post COVID-19 era, digitalisation and climate change”.
-
23 ta' April 2021
Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħroġ muniti numismatiċi tad-deheb u tal-fidda li jfakkru l-550 anniversarju mit-twelid tal-artist Albrecht Dürer. Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €50, u l-munita tal-fidda għandha valur nominali ta’ €10.