News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

26/04/2021

Il-BEI jippreżenta stħarriġ dwar Malta waqt webinar

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) flimkien mal-Bank Ċentrali ta’ Malta ser ikunu qed jippreżentaw ir-riżultati ewlenin ta’ stħarriġ dwar l-investiment li sar dwar Malta mill-BEI waqt webinar intitolat “Investment in the post COVID-19 era, digitalisation and climate change”.

L-istħarriġ joffri għarfien uniku dwar ix-xenarju tal-investiment korporattiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet ta’ investiment tal-kumpaniji u kif ukoll il-ħtiġijiet u r-restrizzjonijiet tagħhom ta’ finanzjament. L-edizzjoni tal-2020 tivvaluta wkoll l-effetti tal-kriżi COVID-19 fuq il-pjanijiet ta’ investiment tal-kumpaniji, ir-rispons tagħhom għat-tibdil fil-klima u l-adozzjoni tat-teknoloġija diġitali.

Il‑webinar ser jinkludi wkoll preżentazzjoni dwar l‑iżviluppi ekonomiċi u l‑indikaturi tal‑aċċess għall‑finanzi f’Malta matul l‑2020 mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta flimkien ma’ diskussjoni minn panel dwar is‑suġġett.

Il-Ministru tal-Finanzi u l-Impjiegi Clyde Caruana, flimkien mal-Viċi President tal-BEI Dario Scannapieco u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Edward Scicluna ser jindirizzaw ukoll il-laqgħa.

L-avveniment ser isir nhar it-Tnejn ta’ Mejju 3 fis-14.00, u huwa miftuħ għall-pubbliku.

Ir-reġistrazzjoni hija bla ħlas. Żur is-sit elettroniku tal-avveniment tal-BEI hawn għal aktar informazzjoni u reġistrazzjoni.

EIB to present Malta survey during webinar

Lura lejn l-Arkivju