News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
21 ta' April 2021
Id-Direttiva Nru 2 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar Sistemi ta’ Pagament u Saldu ta’ Titoli tfittex li tnaqqas ir-riskji legali u sistemiċi assoċjati mal-parteċipazzjoni f’sistemi ta’ pagament u sistemi ta’ saldu ta’ titoli; u għandha l-għan li tnaqqas kemm jista’ jkun it-tfixkil fis-sistema kkawżat minn proċeduri ta’ insolvenza kontra parteċipant f’dik is-sistema.
-
21 ta' April 2021
Il-biċċa l-kbira tad-data rrappurtata f’din il-ħarġa tal-Aġġornament Ekonomiku tirreferi għal Frar 2021, u għalhekk ma tirriflettix iż-żieda fil-miżuri ta’ trażżin f’Marzu.
-
14 ta' April 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta nieda r-Rapport Annwali tiegħu għall-2020 waqt webinar li sar it-Tlieta 13 ta’ April 2021. L-avveniment kien indirizzat mill-Gvernatur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernaturi Alexander Demarco u Oliver Bonello, u ċ-Chief Economist Aaron Grech.
-
14 ta' April 2021
Stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament tal-SMEs, irrappurtat fir-Rapport Annwali għas-sena 2020 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, juri li d-dħul u l-profitti tal-SMEs f’Malta u fl-UE kienu “affettwati serjament mill-attività ekonomika negattiva, anki jekk il-kundizzjonijiet għall-finanzjament kienu ġeneralment akkomodattivi”.
-
13 ta' April 2021
Il-Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika r-Rapport Annwali tiegħu għas-sena 2020 li jinkludi r-rapporti finanzjarji dettaljati. Ir-Rapport jiftaħ bi stqarrija tal-Gvernatur u jkompli b'analiżi tal-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u lil hinn minnha, u tal-politika u l-operat tal-Bank.