News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
25 ta' Ġunju 2021
Ġie ffirmat memorandum ta’ ftehim (MoU) aġġornat bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta, l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
-
21 ta' Ġunju 2021
F’Mejju, il-kundizzjonijiet tan-negozju kienu pożittivi, hekk kif l-ekonomija kompliet tirkupra mill-iskoss ekonomiku kkaġunat mill-COVID-19. Id-data tal-Kummissjoni Ewropea, fil-fatt, turi li s-sentiment kien pożittiv fis-setturi kollha – apparti fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, li kien marġinalment negattiv.
-
11 ta' Ġunju 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) jistenna li l-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta ser jikber b’4.9% fl-2021, b’5.4% fl-2022, u b’4.7% fl-2023.
-
31 ta' Mejju 2021
Fi ftit ġimgħat oħra, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita numiżmatika tal-fidda li turi l-Bibljoteka, li llum tospita l-Librerija Nazzjonali ta’ Malta, u sabiex ifakkar l-okkażjoni l-Bank ser jorganizza lekċer pubblika dwar l-istorja tagħha.
-
28 ta' Mejju 2021
Il‑Gvernatur Edward Scicluna, f'isem il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, ippreżenta lill‑Eċċellenza tiegħu l-President George Vella – f’isem il‑Malta Community Chest Fund Foundation - is‑somma ta’ €67,000 waqt żjara ta’ korteżija f’San Anton.