News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

29/04/2021 13:45:00

Għotjiet mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-impjegati tiegħu jmorru għat-tħawwil tas-siġar

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, żar żewġ siti relatati ma’ żewġ proġetti ta’ tħawwil tas-siġar iffinanzjati minn għotjiet mill-Bank u l-impjegati tiegħu.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ta somma mill-bejgħ ta’ kotba żejda filwaqt li l-istaff mill-uffiċċji u d-dipartimenti kollha ġew mistiedna biex jappoġġjaw l-inizjattiva.

L-għotjiet intużaw biex jinxtraw siġar u biex jisponsorjaw sistema ta’ tisqija bil-qatra.

L-ewwel proġett kien jikkonsisti minn installazzjoni ta’ sistema ta’ tisqija bil-qatra fil-Programm ta’ Afforestazzjoni fir-Riżerva Naturali tas-Salina, immaniġġjat mill-BirdLife Malta. Din tipprovdi għal għadd kbir tas-siġra indiġena Pistacia lentiscus (Deru Lentisk/deru), siġra li dejjem tħaddar, tikber malajr u ta’ tul baxx, li kienu mħawla biex jinħoloq ħajt ta’ lqugħ aħdar tul il-perimetru tas-sit hekk kif l-ispeċi tikber f’siġra wiesgħa b’ħafna friegħi. Siġar indiġeni oħra jinkludu t-Tamarisk (Tamarix) u Vitex agnus-castus (Chaste Tree/Siġra tal-Virgi).

It-tieni proġett kien it-tħawwil ta’ mitt siġra taċ-ċitru f’Dar San Ġużepp f’Ħaż-Żabbar, immexxija mis-sorijiet Dumnikani. Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Jorge Grech, kien ukoll preżenti.

Il-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, qal: “It-tħawwil tas-siġar jifforma parti mill-programm ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Bank.”

Għotjiet mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-impjegati tiegħu jmorru għat-tħawwil tas-siġar

Il-Gvernatur Edward Scicluna (it-tieni mil-lemin) intwera madwar iċ-Ċentru ta’ Viżitaturi fis-Salina mis-CEO tal-Birdlife Mark Sultana (it-tielet mil-lemin), akkumpanjati minn rappreżentanti tal-Birdlife u l-Bank.

Għotjiet mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-impjegati tiegħu jmorru għat-tħawwil tas-siġar

Il-manager tal-Park Manuel Mallia (l-ewwel mix-xellug) spjega lill-Gvernatur Edward Scicluna (it-tieni mix-xellug) dwar ix-xogħol li sar mill-NGO f’dawn l-aħħar erba’ snin fis-Salina. Iċ-Ċentru jħares lejn l-34 salina storika. Din is-sena l-Birdlife ser taħsad il-melħ għall-ewwel darba sa minn meta ħadu r-responsabbiltà tas-sit.  

Għotjiet mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-impjegati tiegħu jmorru għat-tħawwil tas-siġar

Il-Gvernatur Edward Scicluna ġie milqugħ fid-dar għat-tfal immexxija mis-Sorijiet tad-Dumnikani f’Ħaż-Żabbar mill-Madre Sister Firdos, Sister Phyllis u Sister Carmen. Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech (l-ewwel mil-lemin) kien preżenti għall-avveniment.

Għotjiet mill-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-impjegati tiegħu jmorru għat-tħawwil tas-siġar

(mil-lemin) Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech ra lill-Gvernatur Edward Scicluna jħawwel waħda minn mitt siġra taċ-ċitru f’dak li qabel kien sit abbandunat. Maġenb il-Gvernatur hemm (mil-lemin għax-xellug) Sister Phyllis, Sister Firdos u Sister Carmen, il-health and safety officer Alan Markham, il-communications coordinator tal-Bank Vanessa Macdonald, u voluntier.

Lura lejn l-Arkivju