News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
20/06/2023
Attakk ċibernetiku (DDoS) fuq is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta' Malta kien fil-mira ta' attakk ċibernetiku (DDoS), li temporanjament xekkel l-aċċessibbiltà għas-sit elettroniku matul din il-ġimgħa.
Il-Bank immedjatament ħa l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa sabiex irażżan u jevalwa l-inċident ċibernetiku, u l-aċċess għas-sit elettroniku tiegħu ġie rkuprat f'ħin qasir. L-attakk ma kellux impatt fuq l-operat jew is-sistemi l-oħra tal-Bank.
F'attakk DDoS, l-għan huwa li jkun hemm ammont eċċessiv ta' talbiet fuq siti elettroniċi u sistemi mmirati sabiex ma jkunux jistgħu jiġu aċċessati aktar. L-ebda data ma ntilfet waqt l-attakk DDoS.
Lura lejn l-Arkivju