News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

20/04/2023

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jniedi r-Rapport Annwali għas-sena 2022

Fl-20 ta’ April 2023, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r‑Rapport Annwali tiegħu għall‑2022 waqt tnedija li saret fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, Binja Laparelli, fil‑Belt Valletta. It‑tnedija kienet indirizzata mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, mid-Deputat Gvernatur għall‑Politika Monetarja Mr Alexander Demarco, mid-Deputat Gvernatur għall‑Istabbiltà Finanzjarja Mr Oliver Bonello, u miċ-Chief Economist Dr Aaron Grech.

Ir‑Rapport Annwali għall‑2022 jinkludi rapporti finanzjarji dettaljati, analiżi tal‑iżviluppi ekonomiċi, monetarji u finanzjarji f'Malta u lil hinn minnha.

Għat-tnedija attendew uffiċjali minn istituzzjonijiet ta' kreditu, diplomatiċi, stockbrokers, ekonomisti, imsieħba soċjali u operaturi soċjoekonomiċi oħrajn. It-tnedija kienet tinkludi sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet għal dawk li jattendu u ġurnalisti.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, jindirizza lill-udjenza
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, jindirizza lill-udjenza

Iċ-Chief Economist talBank, Dr Aaron Grech, ta rendikont tattkabbir ekonomiku li mmodera fl2022, wara l-irkuprar qawwi millpandemija fl2021. Madankollu, id-domanda domestika baqgħet reżiljenti. L-inflazzjoni laħqet livelli eċċezzjonalment għoljin is-sena l-oħra, iżda hija mistennija li timmodera għal ftit aktar minn 2% sal-2024.

Chief Economist, Dr Aaron Grech
Chief Economist, Dr Aaron Grech

Mr Oliver Bonello, id-Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja, iffoka dwar l-iżviluppi riċenti fis-settur bankarju. Enfasizza r-reżiljenza kontinwa tas-sistema li topera b’likwidità għolja u b’riżervi kapitali b’saħħithom. Il-kwalità tal-assi u l-profitabbiltà tjiebu iżda għadhom jippersistu vulnerabbiltajiet ċikliċi. Dawn min-naħa tagħhom qed jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali xierqa.

Id-Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja, Mr Oliver Bonello
Id-Deputat Gvernatur għall-Istabbiltà Finanzjarja, Mr Oliver Bonello

Fil‑preżentazzjoni tiegħu, Mr Alexander Demarco, id‑Deputat Gvernatur għall‑Politika Monetarja, spjega li fid‑dawl tal‑impenn tal‑Bank għall‑għan tal‑istabbiltà fil‑prezzijiet permezz taż‑żidiet fir‑rati tal‑imgħax matul l‑2022, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, bħall‑biċċa l‑kbira tal‑banek ċentrali l‑oħra fl‑Eurosistema, kellu tnaqqis fil‑balance sheet tiegħu. B’riżultat ta’ dan, kien meħtieġ rilaxx minn dispożizzjonijiet biex jiġi bbilanċjat il-kont tal-qligħ u t-telf. 

Id-Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja, Mr Alexander Demarco
Id-Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja, Mr Alexander Demarco

Il‑Gvernatur, il‑Professur Edward Scicluna, qal li l‑inflazzjoni fiż‑żona tal‑euro telgħet għal 10.6% matul l‑2022. Dan irrifletta spejjeż ogħla tal-enerġija u żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel. Il‑Kunsill Governattiv tal‑BĊE ħa deċiżjonijiet sodi billi għolla r‑rati tal‑imgħax biex jilħaq l‑għan tiegħu ta’ inflazzjoni ta’ 2% fuq żmien medju. It‑trażmissjoni tal‑politika monetarja fis‑swieq finanzjarji, inklużi r‑rati tas‑self tal‑households u tan-negozji, kienet effettiva b’mod ġenerali fiż-żona tal-euro, għalkemm ir‑rispons f’Malta jkun bil‑mod. Għalkemm ir-rati tal-inflazzjoni laħqu l-ogħla livell tagħhom, għadhom għoljin wisq, u wieħed jistenna li l-BĊE jkompli b’aktar issikkar.  

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna

Ritratti: Melvin Bugeja

Ir-Rapport Annwali 2022 jinsab hawn.

Lura lejn l-Arkivju