News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
27 ta' Frar 2026
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f'Jannar, ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali żdiedet bi ftit meta mqabbla max-xahar ta' qabel u kienet ogħla mill-medja storika.
-
25 ta' Frar 2026
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, it‑tkabbir fil‑prodott domestiku gross (PDG) reali ta’ Malta bejn l-2026 u l-2028, mistenni jibqa’ stabbli b’rata ta’ 3.7%. Meta mqabbel mat-tbassir preċedenti tal-Bank, it-tkabbir previst fil-PDG matul dan il-perjodu ma nbidilx.
-
20 ta' Frar 2026
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta attenda t-tnedija ta’ Titles to Talkies, pubblikazzjoni ġdida mill‑Fondazzjoni Patrimonju Malti li tesplora l‑istorja tal‑films u ċ‑ċinema f'Malta. Il‑Bank appoġġa l‑pubblikazzjoni wara rakkomandazzjoni tal‑Bord Konsultattiv tal‑Fond Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑fergħa tiegħu ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva.
-
16 ta' Frar 2026
L‑Ambaxxatriċi Ġermaniża Tania Beyer u delegazzjoni mid‑Deutsche Bundesbank żaru l‑Bank Ċentrali ta' Malta nhar il‑Ġimgħa, 13 ta' Frar 2026.
-
09 ta' Frar 2026
Il-Kummissarju Ewropew għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, is-Sinjura Maria Luís Albuquerque, għamlet żjara ta’ korteżija fil-Bank Ċentrali ta’ Malta nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Frar 2026.