News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
19/06/2026 07:52:00
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jilqa’ delegazzjoni Diplomatika Franċiża għal żjara ta’ korteżija
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali laqa' lill‑Eċċellenza Tagħha s‑Sinjura Sandrine Lelong‑Motta, Ambaxxatriċi ta' Franza għal Malta, għal żjara ta' korteżija fil‑Bank Ċentrali. L-Ambaxxatriċi kienet akkumpanjata mis-Sinjura May Gicquel, Ministru Kunsilliera għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kap tat-Taqsima Ekonomika Reġjonali għall-Italja u Malta, kif ukoll mis-Sinjura Aude Viala, Economic Attaché.
Il-laqgħa serviet ta' opportunità għal skambju kostruttiv ta' fehmiet dwar ix-xenarju ekonomiku u finanzjarju prevalenti f'Malta. Id-diskussjonijiet iffukaw prinċipalment fuq l-iżviluppi makroekonomiċi riċenti, ix-xejriet fis-settur finanzjarju u l-prospettiva usa' għall-ekonomija Maltija.

Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta
Iż-żewġ naħat enfasizzaw l-importanza ta' djalogu u kooperazzjoni kontinwi dwar materji ekonomiċi u finanzjarji ta' interess reċiproku, b'mod partikolari fil-kuntest Ewropew u internazzjonali aktar wiesa'.
Il-Bank Ċentrali tenna mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni ma' sħab internazzjonali, inklużi rappreżentanti diplomatiċi u ekonomiċi, sabiex jiffaċilita diskussjonijiet informati dwar il-politika u l-bdil ta' għarfien.
Lura lejn l-Arkivju