News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
26 ta' Marzu 2026
Wara l-għeluq tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-emendi proposti għad-Direttiva Nru 16 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar ir-Regolamenti li jittrattaw is-self, b’mod partikolari dawk fir-rigward tad-DSTI-O attwali taħt stress għal persuni ġuridiċi, il-Bank irċieva rispons minn għadd ta’ partijiet interessati.
-
25 ta' Marzu 2026
L-għadd ta’ karti tal-flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni naqas matul l-2025. Matul is‑sena ġew ippreżentati total ta’ 1,097 karta tal‑flus falza fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta, li jirrappreżentaw tnaqqis konsiderevoli ta' 29.9% meta mqabbel mal‑2024.
-
24 ta' Marzu 2026
Il-Malta Bankers’ Association (MBA), b’kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali ta’ Malta, ġabret flimkien membri tal-pubbliku u rappreżentanti minn entitajiet ikkonċernati ewlenin għal Ħu Ħsieb Flusek 2026, b’enfasi qawwija fuq kif l-individwi jistgħu jipproteġu lilhom infushom aħjar minn scams diġitali dejjem aktar sofistikati.
-
06 ta' Marzu 2026
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta nieda l-ħames Rapport dwar l‑Istħarriġ tal-Finanzi u l-Konsum tal-Familji (HFCS) waqt webinar li sar fis-6 ta’ Marzu 2026.
-
03 ta' Marzu 2026
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tad-Djar, nieda munita tal‑fidda kommemorattiva fl‑okkażjoni tal‑50 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorità Maltija tad‑Djar fl-1976.