News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
19 ta' Ġunju 2026
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali laqa’ lill‑Eċċellenza Tagħha s‑Sinjura Sandrine Lelong‑Motta, Ambaxxatriċi ta’ Franza għal Malta, għal żjara ta’ korteżija fil‑Bank Ċentrali. L-Ambaxxatriċi kienet akkumpanjata mis-Sinjura May Gicquel, Ministru Kunsilliera għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kap tat-Taqsima Ekonomika Reġjonali għall-Italja u Malta, kif ukoll mis-Sinjura Aude Viala, Economic Attaché.
-
17 ta' Ġunju 2026
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, it‑tkabbir fil‑prodott domestiku gross (PDG) reali ta’ Malta huwa mistenni li jkun 3.7%, 3.6% u 3.8% tul il-perjodu 2026-2028. Meta mqabbel mat-tbassir ekonomiku tal-Bank ta’ qabel, it-tkabbir previst fil-PDG ġie rivedut ’l isfel b’0.1 ta’ punt perċentwali fl-2027 u rivedut ’il fuq b’0.1 ta’ punt perċentwali fl-2028.
-
16 ta' Ġunju 2026
Riċentement, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppremja lir‑rebbieħa tal‑Isfida EuroSteps Walking, inizjattiva ta’ litteriżmu finanzjarju organizzata mill‑Bank Ċentrali Ewropew b'kollaborazzjoni mal‑banek ċentrali nazzjonali tal‑Eurosistema.
-
15 ta' Ġunju 2026
Il-Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika verżjoni aġġornata tad-Direttiva Nru 6 dwar Ġenerazzjoni Ġdida tas-Sistema ta' Trasferiment fil-Pront Awtomatizzat Trans-Ewropew għall-Pagament Gross fil-Pront (TARGET), li timplimenta għadd ta' emendi introdotti bil-Linja Gwida BĊE/2026/11, li l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew adotta fl-4 ta' Mejju 2026.
-
12 ta' Ġunju 2026
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Istitut Internazzjonali tal-Istatistika (ISI) u l-Università ta’ Malta, organizza żewġ korsijiet qosra speċjalizzati bħala parti mill-ħames Konferenza Reġjonali tal-Istatistika(RSC) tal-ISI u kkontribwixxa wkoll għall-konferenza ewlenija permezz ta’ sensiela ta’ preżentazzjonijiet.