News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026

02/11/2026 08:49:00

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jilqa’ rappreżentanti tal‑Grupp tal-Bank Dinji

Bejn is‑26 u s‑27 ta' Ottubru 2026, rappreżentanti mid-Dipartiment tat-Teżor tal‑Grupp tal‑Bank Dinji għamlu żjara fil‑Bank Ċentrali ta' Malta għal diskussjonijiet dwar l‑immaniġġjar tar‑riżervi.

Rappreżentanti miż-żewġ istituzzjonijiet qasmu fehmiet u esperjenzi dwar diversi suġġetti relatati mal-immaniġġjar tar-riżervi, inklużi oqsma ta' governanza u investiment, l-allokazzjoni strateġika tal-assi, l-immaniġġjar tal-portafoll kif ukoll tar-riskju.

Il-laqgħat ipprovdew opportunità biex jiġu diskussi l-iżviluppi u l-prattiċi fl-immaniġġjar tal-assi finanzjarji, kif ukoll biex jitqassam l-għarfien u l-kompetenza f'oqsma ta' interess komuni.

Iż-żjara tirrifletti l-impenn kontinwu bejn il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Grupp tal-Bank Dinji fil-qasam tal-immaniġġjar tar-riżervi.

Ritratt tal-Grupp

Rappreżentanti tal-Grupp tal-Bank Dinji u l-Bank Ċentrali ta' Malta

Lura lejn l-Arkivju