News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
02/11/2026 07:56:00
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jniedi Sejħa għal Espressjonijiet ta' Interess skont id‑Direttiva Nru 21
Il-Bank Ċentrali ta' Malta nieda sejħa għall-espressjonijiet ta' interess li permezz tagħha jistieden lill-operaturi ta' skemi ta' pagamenti pan-Ewropej, arranġamenti ta' pagament u soluzzjonijiet oħra ta' pagamenti biex jissottomettu l-interess tagħhom li jiġu kkunsidrati fil-proċess ta' valutazzjoni u għażla stabbilit mid-Direttiva Nru 21 (id-Direttiva) tal-Bank.
Id-Direttiva għandha l-għan li tiffaċilita l-adozzjoni armonizzata f'Malta ta' skema ta' pagamenti pan-Ewropea li tappoġġja pagamenti bejn persuni u ma' negozji, bil-għan li tippromwovi l-innovazzjoni, l-effiċjenza u integrazzjoni Ewropea akbar fix-xenarju tal-pagamenti bl-imnut.
L-operaturi interessati huma mistiedna jissottomettu l-espressjonijiet tal-interess tagħhom sat-2 ta' Diċembru 2026, flimkien ma' kwestjonarju u d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti, skont ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Bank.
Aktar informazzjoni, inklużi l-kriterji tal-eliġibbiltà, ir-rekwiżiti għas-sottomissjoni u l-proċeduri rilevanti, hija disponibbli fid-dokumenti li ġejjin:
Lura lejn l-Arkivju