News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
01 ta' Ottubru 2026
Il-Bank Ċentrali ta' Malta jwissi lill-pubbliku dwar iż-żieda ta' filmati foloz online li jirreplikaw b'mod artifiċjali l-immaġni u l-vuċi ta' diversi Gvernaturi tal-Bank Ċentrali, inkluż il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco. Dawn huma kompletament foloz u huma maħsuba biss biex iqarrqu bil-pubbliku.
-
30 ta' Settembru 2026
L‑attività ekonomika f’Malta baqgħet madwar il‑medja storika. L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika tnaqqis marġinali fil-kundizzjonijiet tan-negozju f'Awwissu, u baqa’ ftit taħt il-medja storika. Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni industrijali u tas-servizzi u l-attività tal-bejgħ bl-imnut kibru b’ritmu aktar mgħaġġel f’Lulju, kif għamlet ukoll il-produzzjoni tas-servizzi f’Ġunju. Il-prestazzjoni tas-settur tat-turiżmu baqgħet b’saħħitha f’Lulju.
-
25 ta' Settembru 2026
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, is‑Sur Alexander Demarco, u d‑Deputati Gvernaturi, is‑Sur Oliver Bonello u s‑Sinjura Rita Schembri, ippreżentaw il‑Pjan Strateġiku tal‑Bank għall‑perjodu 2027-2030 lill-impjegati.
-
22 ta' Settembru 2026
Il-Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, is‑Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil‑laqgħat informali tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) li saru f’Dublin, l-Irlanda, fis-17 u t-18 ta’ Settembru 2026.
-
11 ta' Settembru 2026
Membri tal‑Assoċjazzjoni Maltija tal-Azzjonisti Minoritarji u tal-Investituri bl-Imnut (MASS) kellhom żjara edukattiva fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta li tathom l-opportunità jifhmu aħjar l‑istorja tal-Bank, l‑operat tiegħu u l‑irwol tiegħu fl‑ekonomija Maltija.