News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
02/11/2026 12:14:00
Konsultazzjoni dwar l‑inklużjoni potenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu rilevanti bi drittijiet li jagħtu servizz f’pajjiżi oħra membri tal-UE fir‑Reġistru Ċentrali tal‑Kreditu tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta
Fit‑2 ta' Novembru 2026, il‑Bank Ċentrali ta' Malta nieda
konsultazzjoni
fejn talab rispons mill-partijiet interessati dwar il‑possibbiltà li jiġu inklużi istituzzjonijiet tal‑kreditu bi drittijiet li jagħtu servizz f'pajjiżi oħra membri tal-UE biex jeżerċitaw il‑libertà li jipprovdu servizzi (CIFoS), fi ħdan il‑qafas leġiżlattiv tar‑Reġistru Ċentrali tal‑Kreditu (CCR jew ir‑'Reġistru').
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jistieden lill‑partijiet interessati biex jissottomettu r-rispons tagħhom bl‑email sa mhux aktar tard mit‑2 ta' Diċembru 2026 (sal-għeluq tal-ġurnata tax-xogħol).
Lura lejn l-Arkivju