News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
02/11/2026 07:21:00
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jippubblika d‑Direttiva Nru 21 tal‑Bank Ċentrali ta' Malta dwar Skema Pan‑Ewropea għal pagamenti bejn persuni u ma’ negozji
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank) ippubblika
d‑Direttiva Nru 21
(id‑Direttiva), li tistabbilixxi qafas regolatorju għall‑adozzjoni armonizzata f'Malta ta' skema ta' pagament pan‑Ewropea li tappoġġa pagamenti bejn persuni (P2P) u pagamenti ma' negozji (POI), inklużi pagamenti f'punti fiżiċi ta' bejgħ u permezz ta' mezzi online.
Id-Direttiva għandha l-għan li tippromwovi aktar effiċjenza, innovazzjoni u integrazzjoni fil-qasam Malti tal-pagamenti, filwaqt li tappoġġa l-awtonomija strateġika Ewropea u tnaqqas id-dipendenza fuq soluzzjonijiet ta' pagamenti mhux Ewropej. Dan jistabbilixxi l‑kriterji tal‑eliġibbiltà u l‑proċess li permezz tiegħu l‑Bank, f'konsultazzjoni mal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), jidentifika, jivvaluta u jagħżel skema ta' pagament pan‑Ewropea għall‑adozzjoni f'Malta.
Wara l‑konsultazzjoni pubblika, il‑Bank ippubblika wkoll
Rapport ta' wara l‑konsultazzjoni
, li jiddeskrivi r-rispons li rċieva mill‑partijiet interessati u l‑emendi inkorporati fid‑Direttiva finali.
L-iskema magħżula ser tiġi implimentata fuq bażi armonizzata fis-suq Malti kollu, bl-obbligi rilevanti applikabbli għall-fornituri tas-servizzi ta' pagamenti jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' April 2028.
Lura lejn l-Arkivju