News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
05 ta' Awwissu 2024
Matul l-ewwel kwart tal‑2024, l‑ekonomija Maltija kibret b’ritmu marġinalment aktar mgħaġġel meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Meta wieħed jaġġusta għall-impatt tal-importazzjoni, l-esportazzjoni baqgħet il-kontributur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, għalkemm id-domanda domestika kellha impatt pożittiv ukoll. L‑istima tal‑Bank tad‑differenza bejn il-produzzjoni reali u dik potenzjali tindika li l‑livell ta’ użu żejjed tal‑kapaċità produttiva tal‑ekonomija kien taħt il-livell stmat fil-kwart ta’ qabel.
-
01 ta' Awwissu 2024
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tieni kwart tal‑2024, il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju kien ta’ 36%.
-
31 ta' Lulju 2024
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, qed iħabbar id‑deċiżjoni tiegħu li ma jibqax jeżerċita l-funzjoni tiegħu għal perjodu temporanju sabiex jiddedika aktar ħin biex jiddefendi l‑innoċenza tiegħu li huwa jafferma mill‑ġdid, sakemm jintemmu l‑proċeduri tal‑qorti.
-
30 ta' Lulju 2024
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Ġunju, it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali naqas u baqa’ f'livell kemxejn taħt il-medja storika.
-
15 ta' Lulju 2024
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika s‑sittax‑il edizzjoni tiegħu tar‑Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja, li jkopri l‑iżviluppi makrofinanzjarji domestiċi u globali u l‑effetti tagħhom fuq is‑settur finanzjarju Malti matul l‑2023.