News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
25 ta' April 2024
Il-Kumitat tal-Klabb Soċjali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta b’sodisfazzjon ikkollabora mal-inizjattiva Jacob’s Pay It Forward Coffee Van għal attività ta’ karità.
-
24 ta' April 2024
Fl-24 ta’ April 2024, il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna ppreżenta donazzjoni lil Ms Bernadette Bonnici Kind, Chairperson ta’ Hospice Malta waqt ċerimonja li saret fil-binja l-ġdida St Michael Hospice Complex f’Santa Venera.
-
23 ta' April 2024
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, attenda l‑Laqgħat tar‑Rebbiegħa tal‑2024 tal‑Bordijiet tal‑Gvernaturi tal‑Grupp tal‑Bank Dinji (WBG) u tal‑Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) li saru bejn is-17 u d‑19 ta’ April 2024.
-
23 ta' April 2024
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fl-ewwel kwart tal‑2024 il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju żdied meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel.
-
09 ta' April 2024
Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Oliver Bonello, attenda għall-preżentazzjoni tal-premjijiet tal-Master's fl-Accountancy li saret fl-Università ta' Malta, nhar il-Ħamis 21 ta' Marzu 2024.