News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

31/07/2024 15:19:00

Stqarrija mill-Bank Ċentrali ta' Malta

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, qed iħabbar id‑deċiżjoni tiegħu li ma jibqax jeżerċita l-funzjoni tiegħu għal perjodu temporanju sabiex jiddedika aktar ħin biex jiddefendi l‑innoċenza tiegħu li huwa jafferma mill‑ġdid, sakemm jintemmu l‑proċeduri tal‑qorti.

Il‑Gvernatur għalhekk qed jaħtar lil Mr Alexander Demarco, Deputat Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, sabiex jeżerċita s‑setgħat u jwettaq id‑dmirijiet ta’ Gvernatur matul il‑perjodu msemmi hawn fuq kif previst f’Artikolu 8 tal‑Att dwar i‑Bank Ċentrali ta' Malta mill‑Ħamis, 1 ta’ Awwissu 2024.

Din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lill-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Madame Christine Lagarde.  Il-Kabinett tal-Ministri ħa nota ta' din id-deċiżjoni u jsibha fl-interess nazzjonali.

Lura lejn l-Arkivju