News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
26 ta' Frar 2024
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-laqgħa informali tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) f’Ghent, il-Belġju, li saret bejn it-22 u l-24 ta’ Frar 2024.
-
20 ta' Frar 2024
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, flimkien mal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Bank Dinji u uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, San Marino u Timor-Leste nġabru f’Tirana, l-Albanija nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Frar għal-laqgħa tal-kostitwenza tal-FMI u l-Grupp tal-Bank Dinji (WBG).
-
16 ta' Frar 2024
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali l-Professur Edward Scicluna flimkien mal-Gvernaturi tal-banek ċentrali tal-Kroazja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja, kif ukoll rappreżentanti għolja tal-OECD u l-FMI tkellmu waqt il-konferenza “Stay the Course in Turbulent Times: Old and New Challenges for Central Banks”, li saret fl-14 ta’ Frar fi Split, il-Kroazja.
-
13 ta' Frar 2024
Skont l-aħħar tbassir tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni jikber b’4.4% fl-2024.
-
02 ta' Frar 2024
Matul it‑tielet kwart tal‑2023, l‑ekonomija Maltija kibret b’ritmu aktar mgħaġġel meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Meta wieħed jaġġusta għall-impatt tal-importazzjoni, l-esportazzjoni kienet il-kontributur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku, filwaqt li d-domanda domestika kellha impatt marġinalment pożittiv. L‑istima tal‑Bank tad‑differenza bejn il-produzzjoni reali u dik potenzjali tindika li l‑livell ta’ użu żejjed tal‑kapaċità produttiva tal‑ekonomija żdied marġinalment meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel.