News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
30 ta' Ottubru 2024
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali naqas f’Settembru meta mqabbel ma’ Awwissu u kien f’livell kemxejn taħt il-medja storika.
-
30 ta' Ottubru 2024
Fid‑29 ta’ Ottubru 2024, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ffirma żewġ ftehimiet kollettivi, wieħed mal‑Union Ħaddiema Bank Ċentrali għall‑impjegati fil‑gradi eżekuttivi u klerikali, u ieħor mat‑Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal‑General Workers’ Union li tirrappreżenta lill-impjegati fil-gradi mhux klerikali. Iż-żewġ ftehimiet ikopru l-perjodu mill-2024 sal-2027.
-
28 ta' Ottubru 2024
L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, is-Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil-Laqgħat Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI)/Grupp tal-Bank Dinji (WBG) li saru f’Washington, D.C., f’Ottubru tal-2024.
-
25 ta' Ottubru 2024
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tielet kwart tal‑2024, il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju ddgħajjef meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel, iżda numru sostanzjali tan-negozji żammew livelli stabbli fl-operat tagħhom minkejja żidiet fl-ispejjeż.
-
25 ta' Ottubru 2024
Bejn l-14 u l-18 ta Ottubru 2024, impjegati mill-Uffiċċju għar-Riċerka dwar l-Istabbiltà Finanzjarja ħadu sehem fi programm ta' assistenza teknika, immexxi mill-Fond Monetarju Internazzjonali, li jiffoka dwar il-bini ta’ mudell ta’ network finanzjarju.