News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
27 ta' Novembru 2024
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l‑aħħar Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2024, li jevalwa s‑sitwazzjoni makrofinanzjarja attwali f’Malta u barra minn Malta fl‑ewwel nofs tas‑sena.
-
22 ta' Novembru 2024
Is‑Sur Alexander Demarco, l-Aġent Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, indirizza lill-mistednin waqt l‑ikla annwali tal‑Istitut għas‑Servizzi Finanzjarji għal Malta.
-
22 ta' Novembru 2024
Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2024, id-Dipartiment għar-Riċerka tal-Bank Ċentrali ta’ Malta organizza l-Workshop Annwali tar-Riċerka li matulu nieda s-seba’ edizzjoni tar-Research Bulletin annwali.
-
19 ta' Novembru 2024
Matul it‑tieni kwart tal‑2024, l‑ekonomija Maltija kibret b’ritmu inqas mgħaġġel meta mqabbel ma’ dak preċedenti, għalkemm ir‑rata ta’ tkabbir baqgħet fost l‑ogħla fiż‑żona tal‑euro.
-
08 ta' Novembru 2024
L-indipendenza għal Malta kienet qabża ta’ fidi. Il-pajjiż ried jirnexxi fid-deċiżjoni tiegħu li jmiss, u t-Tieni Pjan ta' Żvilupp tal-1964-1969 kien il-mezz għal dan il-għan.