News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
30/10/2024
Iffirmar tal-Ftehim Kollettiv bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta, l-Union Ħaddiema Bank Ċentrali u l-General Workers’ Union
Fid‑29 ta' Ottubru 2024, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ffirma żewġ ftehimiet kollettivi, wieħed mal‑Union Ħaddiema Bank Ċentrali għall‑impjegati fil‑gradi eżekuttivi u klerikali, u ieħor mat‑Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal‑General Workers' Union li tirrappreżenta lill-impjegati fil-gradi mhux klerikali. Iż-żewġ ftehimiet ikopru l-perjodu mill-2024 sal-2027.
In-negozjati maż-żewġ unions saru f'atmosfera kordjali mal-partijiet kollha li wrew rieda tajba u kooperazzjoni. Dan irriżulta fi ftehim komprensiv li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol, li joħolqu ambjent ġust, u ta' motivazzjoni għall-impjegati kollha.
Il‑ftehimiet għandhom l‑għan li jiksbu aktar effettività, effiċjenza u kwalità biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal‑Bank bħala membru tal‑Eurosistema. Dawn jirrappreżentaw impenn sod mill-Bank biex ikompli jkun post tax-xogħol li jattira l-aqwa talent filwaqt li jżomm l-aħjar talent minkejja l-isfidi preżenti fis-suq tax-xogħol.
Dawn il-ftehimiet mhux biss itejbu l‑kundizzjonijiet fuq il‑post tax‑xogħol iżda għandhom ukoll l‑għan li jipprovdu opportunitajiet għall‑iżvilupp tal‑impjegati, bil‑Bank jimpenja ruħu li jtejjeb l‑opportunitajiet għall‑progress fil‑karriera tagħhom.

Mix-xellug: Iċ-Chief Officer għall-HR Paul Farrugia, id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello,
l-Aġent Gvernatur Alexander Demarco, Rodney Zammit - President, Union Ħaddiema Bank Ċentrali,
Clive Bartolo (UĦBC), Josette Mamo (UĦBC), Anthony Portelli (UĦBC) u Alexander Grima (UĦBC)

Mix-xellug: Iċ-Chief Officer għall-HR Paul Farrugia, id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello,
l-Aġent Gvernatur Alexander Demarco, Riccarda Darmanin - Segretarja, Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal‑General Workers' Union, Josef Bugeja - Segretarju Ġenerali tal‑General Workers' Union,
Alister Sammut u Kenneth Farrugia, rappreżentanti tal-impjegati fil-gradi mhux klerikali
Ritratti: Melvin Bugeja
Lura lejn l-Arkivju