News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

25/10/2024 13:20:00

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jipparteċipa fi Programm ta’ Assistenza Teknika tal‑FMI

Bejn l-14 u l-18 ta Ottubru 2024, impjegati mill-Uffiċċju għar-Riċerka dwar l-Istabbiltà Finanzjarja ħadu sehem fi programm ta' assistenza teknika, immexxi mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li jiffoka dwar il-bini ta' mudell ta' network finanzjarju.

Il-FMI kkummissjona lil Dr Martin Saldias mill-Bank Ċentrali tal-Portugall bħala l-konsulent ewlieni għall-proġett. Din il‑kollaborazzjoni pprovdiet lill‑Bank Ċentrali gwida esperta u riżorsi biex itejjeb il‑kapaċitajiet tekniċi tiegħu fir‑riċerka makroprudenzjali.

Dan il‑mudell ta' network ser jippermetti lill‑Bank jistudja l‑effetti diretti u sekondarji ta' impatt fuq skoperturi komuni fil‑banek kollha, permezz ta' għarfien dwar is-suffiċjenza tal‑bafer tal-kapital, li jħejji aħjar lill-Bank fil-proċess tal‑politika makroprudenzjali. 

Ritratt tal-Grupp
Ritratt: Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju