News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

11/08/2022

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jippreżenta l-Erbatax-il Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja lill-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, ippreżenta uffiċjalment l-erbatax-il edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2021 lill-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi, Clyde Caruana, fl-10 ta’ Awwissu 2022.

Il-Professur Scicluna rrimarka li r-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja huwa r-rapport ewlieni tal-Bank dwar l-istabbiltà finanzjarja fil-pajjiż. Spjega li r-rapport sab li l-irkupru ekonomiku appoġġja l-kundizzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja. Kemm il-profittabbiltà u l-livelli ta’ kapital tas-settur bankarju tjiebu, kif ukoll il-kwalità tal-assi. Dan filwaqt li l-influss tad-depożiti kompla jikkontribwixxi għal likwidità abbundanti fis-sistema. Il-Gvernatur innota li għalkemm ir-Rapport ikopri l-iżviluppi fl-2021, il-Bank qiegħed jissorvelja b’mod attiv u mill-qrib l-effetti tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Huwa ppjanat li fid-29 ta’ Settembru 2022 isir seminar dwar ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għall-2021.

Ir-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku jew jista’ jinkiseb fil-forma stampata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

FSR presentation to the Minister

Mix-xellug: CBM Head Financial Stability Surveillance and Research Department Wendy Zammit, CBM Deputy Governor Oliver Bonello, Minister for Finance and Employment Clyde Caruana, CBM Governor Professor Edward Scicluna and CBM Chief Officer Financial Stability and Statistics Division Alan Cassar

FSR presentation to the Minister

 

Lura lejn l-Arkivju