News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022
24/10/2022 14:50:00
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jospita l‑Ħames Workshop ta’ Riċerka tal‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna għamel id-diskors f’għeluq tal-ħames Workshop ta’ Riċerka tal‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali (MPPG) tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ospitat mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta fil‑21 ta’ Ottubru 2022.
Il‑workshop ta’ riċerka ġie organizzat b’mod konġunt mill‑BĊE u l‑Bank Ċentrali ta’ Malta, bit‑tema ta’ din is‑sena tkun ‘Macroprudential policy and real estate markets: objectives, effectiveness and new challenges’. Matul il-workshop ġew diskussi temi teoretiċi u empiriċi mir-riċerkaturi dwar l-irwol, l-effettività u l-effetti tal-politika makroprudenzjali fis-swieq tal-proprjetà.
Fid-diskors tiegħu, il-Gvernatur Scicluna enfasizza l-importanza tal-politika makroprudenzjali u r-rispons tagħha biex tindirizza vulnerabbiltajiet ċikliċi u strutturali inklużi riskji li jirriżultaw mis-swieq tal-proprjetà.
Flimkien mal‑workshop, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ospita wkoll il‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali (MPPG) tal‑BĊE u l‑laqgħat tal‑Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istrumenti (IWG) tal‑Bord Ewropew dwar ir‑Riskju Sistemiku (ESRB).
Id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello jindirizza lill-parteċipanti waqt il-ftuħ tal‑Ħames Workshop ta’ Riċerka tal‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Gvernatur Edward Scicluna jindirizza lill-parteċipanti waqt l-egħluq tal-Ħames Workshop ta’ Riċerka tal‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali tal-Bank Ċentrali Ewropew
Il-parteċipanti tal-Ħames Workshop ta’ Riċerka tal‑Grupp għall-Politika Makroprudenzjali tal-Bank Ċentrali Ewropew
Lura lejn l-Arkivju