News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

19/10/2021

Impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jiġbru fondi għall-Fondazzjoni Sebħ

Impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta ppreżentaw donazzjoni ta' €500 lill-Fondazzjoni Sebħ. Is-somma nġabret mill-impjegati waqt avveniment ta' ġbir ta' fondi li ttella' mill-Klabb Soċjali tal-Impjegati tal-Bank. Dan l-avveniment ġie organizzat bħala appoġġ għal erba' impjegati li x-xahar li għadda pparteċipaw fil-Camino de Invierno fi Spanja bil-għan li jiġbru fondi biex jgħinu fil-bini ta' ċentru terapewtiku ġdid li ser tieħu ħsiebu l-Fondazzjoni Sebħ.

L-għotja mill-Bank Ċentrali ta' Malta kienet apprezzata ħafna mis-Sinjura Yvonne Mallia, Direttriċi tal-Fondazzjoni Sebħ, li hija responsabbli għall-proġett taċ-ċentru terapewtiku l-ġdid. Fondazzjoni Sebħ hija responsabbli wkoll għal għadd ta' djar li jilqgħu 40 tifel u tifla, djar oħra li jilqgħu vittmi tal-vjolenza domestika u t-tfal tagħhom, servizz residenzjali għall-kura ta' wara għall-familji u servizz ta' appoġġ komunitarju.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta rrikonoxxa l-impenn ġeneruż tal-impjegati tal-Bank u afferma wkoll l-appoġġ kontinwu tal-Bank għal inizjattivi bħal dawn.

Din l-inizjattiva tal-istaff tifforma parti mill-programm integrali ta' responsabbiltà soċjali appoġġjat mill-Bank Ċentrali ta' Malta, li jinkludi attivitajiet regolari ta' donazzjonijiet tad-demm u donazzjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-karità fost oħrajn.

Impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jiġbru fondi għall-Fondazzjoni Sebħ

Il-Gvernatur, il-Professur Scicluna, jippreżenta donazzjoni ta' €500 lis-Sinjura Yvonne Mallia, Direttriċi tal-Fondazzjoni Sebħ

Lura lejn l-Arkivju