News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

05/11/2021

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jimplimenta soluzzjoni komuni b’kollaborazzjoni mal-Banque de France u l-Banco de España

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna indirizza s‑sessjoni tal‑ftuħ ta' għadd ta' workshops bħala parti mill‑fażi tal‑implimentazzjoni ta' Sistema ġdida ta' Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji.

Il-proġett tas-Sistema ta' Amministrazzjoni tal-Assi Finanzjarji, imsejjaħ ukoll il-Market Activities Processing System (MAPS) Project, huwa soluzzjoni komuni implimentata mill-Banco de España u l-Banque de France għall-ipproċessar tal-operazzjonijiet  tal-assi finanzjarji u riżervi bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-Bank f'dan il-qasam. Huwa speċifikament jaqdi l‑ħtiġijiet tal‑Banek Ċentrali tal‑Eurosistema, li tagħha huwa membru l‑Bank Ċentrali ta' Malta.

Dan il-proġett huwa maħsub biex jagħti għajnuna lill-Bank fl-immaniġġjar ta' klassijiet diversi ta' assi li għandu, inklużi Prodotti FX, Swieq tal-Flus, Tranżazzjonijiet tal-FMI u Prodotti ta' Dħul Fiss, filwaqt li jintroduċi klassijiet ġodda ta' assi bħal fondi ta' ishma u fondi nnegozjati fil-borża, fost strumenti oħra. Il‑proġett għalhekk jippermetti lill‑Bank Ċentrali ta' Malta li jimraħ f'orizzonti ta' investimenti ġodda u jidħol fi klassijiet ġodda ta' assi.

Il-Professur Scicluna ikkonkluda l-indirizz tiegħu billi qal, "Dan il-proġett jagħti importanza lill-vantaġġi li s-sħubija fl-Eurosistema tittrażmetti lill-Bank fis-servizz tiegħu lill-pajjiż."

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jimplimenta soluzzjonijiet komuni b’kollaborazzjoni mal-Banque de France u l-Banco de España

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jimplimenta soluzzjonijiet komuni b’kollaborazzjoni mal-Banque de France u l-Banco de España

Il-Gvernatur Edward Scicluna indirizza s-sessjoni tal-ftuħ ta' għadd ta' workshops dwar il-MAPS Project

Lura lejn l-Arkivju