News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
01/12/2021
Irrevokar tad-Direttiva Nru 17 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta mis-6 ta’ Diċembru 2021
Mill-1 ta’ Jannar 2022, ser tidħol fis-seħħ id-Direttiva Nru 19 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-użu ta’ ċekkijiet bankarji. Peress li waħda mill-miżuri f’din id-Direttiva ser tipprojbixxi n-negozjabbiltà tal-istrumenti ta' pagament ibbażati fuq il-karti, il-miżuri temporanji li ġew introdotti fl-istess żmien tar-restrizzjonijiet tal-pandemija fis-26 ta' Marzu 2020 mhux ser jibqgħu applikabbli. Id-Direttiva Nru 17 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għalhekk ser tiġi rrevokata mis-6 ta’ Diċembru 2021.

Lura lejn l-Arkivju