News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021
-
31 ta' Diċembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ id-Direttiva 17 biex jistabbilixxi kemm jista’ jkun il-qtugħ massimu permess lill-banek meta jipprovdu servizzi meqjusa essenzjali lill-klijenti tagħhom.
-
23 ta' Diċembru 2021
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa f’panel ta' diskussjoni bit-titlu “COVID-19 and Debt for All” imtellgħa fi ħdan il-qafas tad-Djalogi tal-Atlantiku.
-
22 ta' Diċembru 2021
L-Indiċi tal-Bank rigward il-Kundizzjonijiet tan-Negozju juri li f’Novembru, ir-rata tat-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali naqset xi ftit mil-livelli għoljin storiċi riċenti, iżda baqgħet b’saħħitha minn perspettiva storika hekk kif l-attività ekonomika kompliet tirkupra mil-livelli baxxi rreġistrati fl-2020.
-
21 ta' Diċembru 2021
Fit-3 ta’ Diċembru 2021, l-Unità tal-Liċenzjar tal-Kummerċ tad-Dipartiment tal-Kummerċ, f’konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-‘Bank’), tat lil Creditinfo Malta Limited (C 30174) liċenzja ta’ ħames snin li tiġġedded biex topera bħala aġenzija ta’ referenza tal-kreditu (CRA).
-
21 ta' Diċembru 2021
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta flimkien mal-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) organizza taħriġ ta’ jumejn għall-impjegati li jaħdmu f'oqsma relatati mal-istabbiltà finanzjarja.