News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

23/12/2021

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jipparteċipa fl-Atlantic Dialogues 2021

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa f'panel ta' diskussjoni bit-titlu "COVID-19 and Debt for All" imtellgħa fi ħdan il-qafas tad-Djalogi tal-Atlantiku. Dan il-forum ta' livell għoli, li jara l-bidu tiegħu fl-2012 miċ-Ċentru tal-Politika għan-Nofsinhar il-Ġdid fil-Marokk u l-German Marshall Fund tal-Istati Uniti, ilaqqa' kull sena uffiċjali għolja, mexxejja tan-negozju, akkademiċi, nies li jfasslu l-opinjonijiet u l-mexxejja tas-soċjetà ċivili minn madwar id-dinja kollha biex jiddiskutu wħud mis-suġġetti l-aktar rilevanti tal-aġenda internazzjonali.

Il-panel iddiskuta x-xejriet tad-dejn madwar id-dinja, l-isfidi li l-livell għoli ta' dejn iġġenerat mill-pandemija joħloq għas-swieq emerġenti u lill-pajjiżi bi dħul baxx, u r-reazzjoni fil-komunità internazzjonali. Fl-intervent tiegħu, il-Gvernatur Scicluna tenna li "għandu jkun hemm impenn globali sabiex wieħed jara dak li hu meħtieġ minħabba li l-kriżi hija fuq skala kbira."

Is-sessjoni kienet immexxija minn John Yearwood (Editur tal-Global News tal-ġurnal Politico) u kienet tinkludi lill-Professur Ryam Ayadi, Fundatur u President tal-Assoċjazzjoni tal-Ekonomisti Ewro-Mediterranja; u Dr Andrea Presbitero, Senior Economist tad-Dipartiment tar-Riċerka tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), flimkien mal-Professur Edward Scicluna.

Tista' ssegwi s-sessjoni sħiħa hawn.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa f'panel ta' diskussjoni bit-titlu "COVID-19 and Debt for All" imtellgħa fi ħdan il-qafas tad-Djalogi tal-Atlantiku.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali jipparteċipa fl-Atlantic Dialogues 2021

Lura lejn l-Arkivju