News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

21/12/2021

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza taħriġ għall-impjegati flimkien mal-EIOPA

Il-Bank Ċentrali ta' Malta flimkien mal-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) organizza taħriġ ta' jumejn għall-impjegati li jaħdmu f'oqsma relatati mal-istabbiltà finanzjarja.

Il-Professur Petr Jakubik li jmexxi t-Tim għall-Istabbiltà Finanzjarja tal-EIOPA mexxa dan il-programm u ta ħarsa ġenerali lejn l-aħħar kunċetti teoretiċi u prattiċi tas-superviżjoni makroprudenzjali. Ipprovda referenzi għall-għodod attwali użati għall-valutazzjoni tar-riskji fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek u tal-assiguraturi. Il-parteċipanti kellhom ukoll l-opportunità li jiddiskutu materji topiċi ta' natura makroprudenzjali rilevanti għas-sistema finanzjarja domestika.

Mr Oliver Bonello, id-Deputat Gvernatur responsabbli għall-Istabbiltà Finanzjarja, indirizza s-sessjoni ta' ftuħ ta' dan il-kors ta' jumejn, u enfasizza l-importanza li wieħed iżomm ruħu aġġornat mal-iżviluppi makroprudenzjali.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, indirizza l-għeluq tal-programm. Hu rringrazzja lill-Professur Jakubik għas-servizzi tiegħu lill-Bank fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Irrefera għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet makroprudenzjali, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali. Hu qal li l-Bank innota mill-esperjenza kemm l-investiment fit-taħriġ għall-impjegati tiegħu huwa ta' benefiċċju kbir għall-Bank. 

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza taħriġ għall-impjegati flimkien mal-EIOPA

Lura lejn l-Arkivju