News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
20/03/2023
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jippubblika Direttiva ġdida Nru 6
Il-Bank Ċentrali ta' Malta jħabbar li d-Direttiva Nru 6: Harmonised Conditions for Opening and Operating Payments Module Accounts, T2S Dedicated Cash Accounts in Target2-Malta, and TIPS Dedicated Cash Accounts on TARGET2-Malta, kif ukoll id-Direttiva Nru 7: Provision of Intraday Credit and Auto-Collateralisation, ġew irrevokati fl-intier tagħhom permezz tal-Linja Gwida BĊE/2022/8 dwar is-sistema ta' ġenerazzjoni ġdida Trans-European Automated Real-time Gross Express Transfer.
Għaldaqstant, il‑Bank Ċentrali ta' Malta qiegħed jimplimenta l‑Linja Gwida BĊE/2022/8 f'Direttiva li għadha kif ġiet ippubblikata - Directive No. 6: New Generation Trans-European Automated Real-Time Gross Settlement Express Transfer System (TARGET). Din id-Direttiva hi maqsuma fi tliet taqsimiet, jiġifieri:
- Harmonised Conditions for Participation in TARGET (Annex I),
- Target Governance Arrangements (Annex II), u
- Definitions (Annex III).
Id-Direttiva l-ġdida Nru 6 hija effettiva mill-20 ta' Marzu 2023, u l-parteċipanti fit-TARGET-Malta għandhom jaderixxu mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva minn din id-data.
Lura lejn l-Arkivju