Financial Stability

Bafer Kontroċikliku tal-Kapital

Il-bafer kontroċikliku tal-kapital (CCyB) hu strument tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD), traspost fid‑Direttiva Nru 11 tal-Bank Ċentrali ta' Malta "Politika Makroprudenzjali", li jesiġi li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jwarrbu kapital addizzjonali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni waqt perjodi ta' tkabbir eċċessiv tal-kreditu. L-għan tas-CCyB hu li tiżdied il‑kapaċità ta' reżistenza tal-banek fi żminijiet tajba biex ikunu jistgħu jassorbu t-telf potenzjali li jista' jinqala' fi żmien ta' tnaqqis fl-attività, u li tiġi sostnuta l-provvista kontinwa ta' kreditu lill-ekonomija reali.

Skont l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva tal-UE 2019/878, trasposta fid-Direttiva Nru 11 tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Bank għandu jħabbar l-iffissar tar-rata tal-bafer kontroċikliku tal-kapital abbażi ta' stima trimestrali tar-riskji kkawżati minn tkabbir eċċessiv tal-kreditu.

B'dan, il-Bank Ċentrali ta' Malta qiegħed jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu dwar ir-rata CCyB għall-ewwel trimestru tal-2023.

Notifika

  • Ir-rata applikabbli tal-bafer kontroċikliku tal-kapital: 0%
  • Il-proporzjon rilevanti tal-kreditu għall-PDG: 74.8% u d-devjazzjoni tiegħu mit-tendenza fuq żmien twil: -6.3 punti perċentwali
  • Il-gwida tal-bafer: 0%

Note on Countercyclical Capital Buffer Methodology

Indikaturi trimestrali u stimi għar-rata tal-bafer kontroċikliku tal-kapital

CCyB assessment for 2023Q1 Chart pack for 2023Q1
CCyB assessment for 2022Q4 Chart pack for 2022Q4
CCyB assessment for 2022Q3 Chart pack for 2022Q3
CCyB assessment for 2022Q2 Chart pack for 2022Q2
CCyB assessment for 2022Q1 Chart pack for 2022Q1

Indikaturi trimestrali u stimi preċedenti għar-rata tal-bafer kontroċikliku tal-kapital

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Diċembru 2022