Financial Stability

Miżuri tas-Self

Fid‑29 ta' Marzu 2019, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika d‑Direttiva Nru 16 dwar ir‑Regolament dwar il‑Miżuri tas‑Self. L‑għan ta' dawn il‑miżuri li jorbtu huwa t‑tisħiħ tar‑reżiljenza tas‑selliefa u ta' min jissellef kontra l‑akkumulazzjoni potenzjali ta' vulnerabbiltajiet li joriġinaw mis‑suq tal‑proprjetà. Id‑Direttiva daħlet fis‑seħħ fil‑15 ta' Lulju 2019. Il‑miżuri ġew introdotti f'kollaborazzjoni mal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) wara rakkomandazzjoni mill‑Bord Konġunt dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja (JFSB).

Fl‑1 ta' Ottubru 2018 ġiet imnedija  konsultazzjoni pubblika u fid‑29 ta' Marzu 2019 ġiet ippubblikata 
 Dikjarazzjoni tar‑Reazzjonijiet. Id-Dikjarazzjoni tar‑Reazzjonijiet tinkorpora r‑rispons mir‑rispondenti u l‑awtoritajiet wara l‑konsultazzjoni pubblika.

Skont stqarrija maħruġa fid-29 ta’ Novembru 2021, il-Bank ippubblika verżjoni riveduta  tad-Direttiva Nru 16 li tirrifletti bidliet li joħorġu għal dispożizzjonijiet tranżitorji li daħlu fis-seħħ u kif ukoll ir-rispons riċevut min-naħa tal-banek. Il-bidliet jirriflettu wkoll xi kjarifiki dwar il-verżjoni preċedenti.

Matul l-2026, il-Bank kompla jirfina d-Direttiva. Fil-fatt, fit-23 ta' Jannar 2026 tnediet  konsultazzjoni pubblika  ta' erba' ġimgħat sabiex tiddeskrivi l-emendi ewlenin għad-Direttiva, b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' Proporzjon ta' Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (DSCR-O) taħt stress ta' 1.3x għall-persuni ġuridiċi li jissostitwixxi l-limitu eżistenti tad-DSTI-O. Bidliet addizzjonali huma relatati wkoll ma' xi rfinar tal-abbozzar biex jirriflettu l-kummenti li saru matul il-konsultazzjoni pubblika.

Fis-26 ta' Marzu 2026, il-Bank ippubblika  stqarrija  fejn il-Bank indirizza dawn il-kummenti li saru matul il-konsultazzjoni.  Id-Direttiva 16 emendata  daħlet fis-seħħ f'din l-istess data.

Il‑miżuri jistabbilixxu limiti fuq il‑proporzjon bejn il‑valur tas‑self u dak tal‑garanzija fl‑oriġinazzjoni (LTV‑O), fuq il‑proporzjon bejn il‑ħlas tad‑dejn u d‑dħul fl‑oriġinazzjoni (DSTI‑O) u fuq il‑maturità, kif ġej:

 

LTV-O

DSTI-O

DSCR-O

Maturity

Category I Borrowers

90% LTV-O cap with a 'Speed Limit' of 10% on the volume of loans

A stressed DSTI-O of 40% for loans with a shock to interest rates of 150 bps

N/A

A maturity term of 40 years or the official retirement age - whichever occurs first:

Born on/before 1951: 61 years
1952-1955: 62 years
1956-1958: 63 years
1959-1961: 64 years
Born after 1961: 65 years

A loan may exceptionally mature beyond a borrower's retirement age subject to the conditions outlined in paragraph 19.

Category II Borrowers

75% LTV-O cap with a 'Speed Limit' of 20% on the volume of loans

A stressed DSTI-O of 40% with a shock to interest rates of 150 bps

A stressed DSCR-O limit of 1.3x with a shock to interest rates of 150 bps, applicable to legal persons

A maturity term of 25 years or the official retirement age - whichever occurs first:

Born on/before 1951: 61 years
1952-1955: 62 years
1956-1958: 63 years
1959-1961: 64 years
Born after 1961: 65 years

A loan may exceptionally mature beyond a borrower's retirement age subject to the conditions outlined in paragraph 19.

Id‑Direttiva tista’ tiġi emendata, soġġetta għall‑iżviluppi prevalenti fil‑kundizzjonijiet tas‑suq.